Kuntratti fit-tul
Kirja Residenzjali Privata Twila ma jistax ikollha durata ta’ inqas minn sena (1).
Il-Kuntratt ta’ kirja għal sena spjegat (fond sħiħ jew spazju kondiviż)
- L-ewwel sitt xhur huma mandatorji għall-inkwilin;
- Wara s-sitt xhur obbligatorji, l-inkwilin jista’ jinħall mill-kuntratt billi jagħti perjodu ta’ avviż lis-sid ta’ minn tal-anqas xahar (1) permezz ta’ ittra rreġistrata;
- Jekk is-sid ma jkunx se jġedded il-kirja, huwa għandu javża lill-inkwilin tliet (3) xhur qabel jintemm il-kuntratt permezz ta’ ittra rregistrata;
- Jekk is-sid ma javżax lill-inkwilin fil-perjodu stabbilit, il-kirja tiġġeded b’mod awtomatiku għal sena.
Id-durata minima obbligatorja hija ta’ sena, madanakollu s-sid u l-inkwilin jistgħu jaqblu fuq kuntratt ta’ kirja itwal.
Il-Kuntratt ta’ kirja għal sentejn spjegat
- L-ewwel disà xhur (9) huma obbligatorji għall-inkwilin;
- Wara d-disà xhur mandatorji, l-inkwilin jista’ jinħall mill-kuntratt billi jagħti perjodu ta’ avviż lis-sid ta’ mill-anqas xahrejn (2) permezz ta’ ittra rreġistrata;
- Jekk is-sid ma jkunx se jġedded il-kirja, huwa għandu javża lill-inkwilin tliet (3) xhur qabel jintemm il-kuntratt permezz ta’ ittra rreġistrata;
- Jekk is-sid ma javżax lill-inkwilin fil-perjodu stabbilit, il-kirja tiġġeded b’mod awtomatiku għal sena.
Il-Kuntratt ta’ tliet snin jew aktar spjegat
- L-ewwel tnax-il xahar (12) huma obbligatorji għall-inkwilin;
- Wara t-tnax-il xahar obbligatorji, l-inkwilin jista’ jinħall mill-kuntratt billi jagħti perjodu ta’ avviż lis-sid ta’ minn tal-anqas tliet (3) xhur permezz ta’ ittra rreġistrata;
- Jekk is-sid ma jkunx se jġedded il-kirja, għandu javża lill-inkwilin tliet (3) xhur qabel jintemm il-kuntratt permezz ta’ ittra rreġistrata;
- Jekk is-sid ma javżax lill-inkwilin fil-perjodu stabbilit, il-kirja tiġġeded b’mod awtomatiku għal sena.
Filmat: Kuntratti Twal