Dan il-Formola tal-Prokura tiddiskrivi kif trid tkun il-Prokura skond il-policy tal-Awtorita’ tad-Djar għall-kuntratti tal-Kirijiet Residenzjali Privati li jaqgħu taħt kapitlu 604/2019 tal-Liġijiet ta’ Malta. Prokura (“PoA”) hija awtorizzazzjoni bil-miktub biex tirrappreżenta jew taġixxi f’isem ħaddieħor.
Partijiet li jidħlu f’kuntratt ta’ kiri permezz ta’ Prokura, jistgħu jagħmlu użu mill-kampjun tal-Prokura pprovdut mill-Awtorità tad-Djar (Formola tal-Prokura), inkella jissottomettu lill-Awtorità Prokura tagħhom li għandha tkun waħda bil-miktub, iffirmata mill-mandant u milll-mandatarju, u minn xhud li jrid ikun professjonist u jkollu warrant valida skont il-Liġijiet ta’ Malta.
Meta tkun qed issir ir-reġistrazzjoni online il-paġa bl-isem ‘DETTALJU TAL-AĠENT/PARTIJIET OĦRA’ trid timtela bid-dettalji li jinstabu fil-Prokura.