L-iżjed mod faċli kif tirreġistra kuntratt ta’ kirja residenzjali privata huwa fuq is-sit www.rentregistration.gov.mt
Idħol permezz tal-E-ID billi tagħfas fuq din il-link jew oħloq kont billi tagħfas fuq din il-link biex tkun tista’ tirreġistra l-kuntratt ta’ kirja residenzjali privata onlajn.
Is-sistema onlajn tiġġenera d-dettalji personali b’mod awtomatiku għal dawk li jagħmlu użu mill-E-ID.
1. Agħfas fuq Oħloq Kont
2. Ikteb l-indirizz elettroniku u Oħloq Password
3. Ikkonferma l-password
4. Agħfas Oħloq Kont
5. Se tirċievi email fuq l-indirizz elettroniku li provdejt biex Tivverifika l-Indirizz Elettroniku
6. Mill-email li tirċievi agħfas fuq Nivverifika l-Indirizz Elettroniku
7. Wara li tivverifika l-indirizz elettroniku il-paġna se tieħdok fis-sezzjoni Il-Profil Tiegħi.
Mill-1 ta’ Jannar 2020 kuntratti tal-kiri għal skop residenzjali primarju jridu jiġu rreġistrati mis-sid mal-Awtorità tad-Djar fiż-żmien għaxart (10) ijiem mill-bidu tal-kirja. Il-kuntratti flimkien mad-dokumenti mandatorji se jkunu jistgħu jiġu rreġistrati online fuq il-website www.rentregistration.gov.mt. F’każ ta’ diffikultà wieħed se jkun jista’ jagħmel appuntament mas-Sezzjoni tal-Kirjiet Privati fi ħdan l-Awtorità tad-Djar. Sabiex tagħmel appuntament ma’ rappreżentant tal-Awtorità tad-Djar ċempel fuq in-numru 22991010 jew ibgħat e-mail fuq [email protected]
Il-kuntratti kollha ta’ kirjiet residenzjali privati magħmula wara li tidħol fis-seħħ il-liġi fl-1 ta’ Jannar 2020, għandhom isiru bil-miktub u għandhom jinkludu dawn r-rekwiżiti:
Niżżel mudell tal-kuntratt
Jekk ma jintużax il-mudell tal-kuntratt, dan id-dokument irid jiġi anness mal-kuntratt.
L-Att japplika biss għal kuntratti tal-kiri għal skop residenzjali primarju li saru wara l-1 ta’ Ġunju, 1995. Kirjiet residenzjali li saru wara l-1 ta’ Ġunju 1995, imma qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att u li xorta jibqgħu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021, kemm jekk fit-terminu oriġinali jew imġedded, għandhom jiġu rreġistrati sal-1 ta’ Jannar 2021.
Għal iktar informazzjoni rigward tipi ta’ kuntratti u kampjun ta’ kuntratt, jekk jogħġbok għafas fuq din il-ħolqa
Kull persuna trid Toħloq Profil biex tkun tista’ tirreġġistra kuntratt ta’ kirja.
1. L-ewwel trid tagħżel it-Tip ta’ Profil:
Individwu: It-terminu individwu jirreferu għal sidien ta’ proprjetà, inkwilini u
individwi oħra li jirreġġistraw f’isem individwu ieħor. (Per eżempju: Individwu li għandu l-Prokura)
Kumpanija: It-terminu kumpanija jirreferi għal dawk l-individwi li jirreġistraw kuntratt ta’ kirja fuq proprjetà li l-kumpanija tkun qiegħda tikri. Kumpanija trid tinkludi n-numru ta’ reġistrazzjoni
Aġent: It-terminu Aġent jirreferi għal aġenti li jirreġistraw kuntratt ta’ kirja residenzjali privata f’isem l-inkwilini.
2. It-tieni trid tinkludi d-Dettalji Personali
3. It-tielet trid tinkludi l-Indirizz
4. Agħfas fuq Issejvja u Kompli
1. Wara li toħloq Profil, agħfas fuq il-kaxxa Reġistrazzjoni tal-Kuntratt
2. L-ewwel pass huwa li timla d-Dettalji tal-Proprjetà
3. Agħfas Issejvja
4. Wara li d-dettalji tal-proprjetà tkun issejvjajthom, agħfas Kompli
5. It-tieni pass huwa li timla d-Dettalji tal-Kirja
6. Meta timla d-Dettalji tal-Kirja trid tinkludi l-kuntratt u l-inventarju tal-mobbli ffirmati
7. Agħfas Kompli
8. It-tielet pass huwa li timla d-Dettalji ta’ Sid il-Kera
9. F’każ li l-kuntratt jinkludi aktar minn sid wieħed agħfas fuq Żid sid il-kera
10. Agħfas Kompli
11. Ir-rabà pass huwa li timla d-Dettalji tal-Inkwilin
12. F’każ li l-kuntratt jinkludi aktar minn inkwilin wieħed agħfas fuq Żid l-inkwilin
13. Agħfas Kompli
14. Il-ħames pass huwa li tagħfas ‘Iva’ jekk Aġent Awtorizzat huwa parti millKuntratt, jekk ‘Le’ pproċedi għal pass li jmiss
15. Jekk ‘iva’, imla d-Dettalji tal-Aġent Awtorizzat
16. Wara li taqra t-termini u kundizzjonijiet, agħfas fuq il-kaxxa tat-Termini u Kundizzjonijiet
17. Agħfas Issottometti
18. Notifika se tistaqsik jekk tridx tissottometti l-Kuntratt, agħfas Issottometti
19. Wara li tissottometti l-kuntratt, se tirċievi e-mail ta’ notifika li jispjega li lAwtorità tad-Djar irċeviet l-applikazzjoni ta’ reġistrazzjoni u se tkun qiegħda tiġi reveduta
20. Fl-eventwalità li l-Awtorità tad-Djar jkollha bżonn kjarifika jew aktar informazzjoni se tkun qiegħda tibgħatlek e-mail ta’ notifika
21. Se tiġi notifikat/a ladarba l-applikazzjoni tiġi reveduta u aċċettata jew rifjutata.
Meta tkun qed tirreġistra kuntratt u ma tipproċedix bil-ħlas, din l-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni tiġi ssejvjata fl-istatus ta ‘abbozz u tista’ tiġi aċċessata aktar tard mill-għażla ta ‘Abbozz ta’ Reġistrazzjonijiet ta ‘Kuntratti, taħt it-taqsima Reġistrazzjoni ta’ Kuntratt mit-toolbar tax-xellug. Ir-Reġistrazzjoni tkun sottomessa biss, wara li l-ħames taqsimiet kollha huma mimlija, tikklikkja Issottometti u ħallas il-mizata tar-Reġistrazzjoni.
Mill-għażla Rispons Meħtieġ taħt is-sezzjoni Reġistrazzjoni tal-Kuntratt tkun tistà taċċessa kuntratti ta’ kirjiet li ma jkunux ġew rreġistrati għaliex l-Awtorità tad-Djar tkun teħtieġ kjarifika jew aktar informazzjoni. Meta sid ta’ proprjetà jaċċessa l-kuntratt mill-għażla Rispons Meħtieġ ikun jista’ jemenda l-kuntratt biex jissodisfa r-rekwiżiti mandatorji. L-Awtorità tad-Djar se tkun qiegħda tibgħatlek email, fuq l-indirizz elettroniku li tkun provdejt fil-kuntratt tal-kirja, bin-notifiki f’każ li l-Awtorità tkun tirrikjedi xi kjarifika jew aktar informazzjoni.
Dan il-Formola tal-Prokura tiddiskrivi kif trid tkun il-Prokura skond il-policy tal-Awtorita’ tad-Djar għall-kuntratti tal-Kirijiet Residenzjali Privati li jaqgħu taħt kapitlu 604/2019 tal-Liġijiet ta’ Malta. Prokura (“PoA”) hija awtorizzazzjoni bil-miktub biex tirrappreżenta jew taġixxi f’isem ħaddieħor.
Partijiet li jidħlu f’kuntratt ta’ kiri permezz ta’ Prokura, jistgħu jagħmlu użu mill-kampjun tal-Prokura pprovdut mill-Awtorità tad-Djar (Formola tal-Prokura), inkella jissottomettu lill-Awtorità Prokura tagħhom li għandha tkun waħda bil-miktub, iffirmata mill-mandant u milll-mandatarju, u minn xhud li jrid ikun professjonist u jkollu warrant valida skont il-Liġijiet ta’ Malta.
Meta tkun qed issir ir-reġistrazzjoni online il-paġa bl-isem ‘DETTALJU TAL-AĠENT/PARTIJIET OĦRA’ trid timtela bid-dettalji li jinstabu fil-Prokura.
Kuntratti ta’ Kirjiet li jispeċifikaw li l-kirja se tkun qiegħda tiġġedded b’mod awtomatiku, huma obbligati li jġeddu r-reġistrazzjoni tal-kuntratt onlajn. Dan jista’ jsir billi tiġi segwita din il-proċedura:
Tiġdid fuq kuntratti li ma jiġġeddux b’mod awtomatiku
Kuntratti ta’ Kirjiet li ma jispeċifikawx li l-kirja se tkun qiegħda tiġġedded b’mod awtomatiku, iżda l-partijiet jaqblu li jsir it-tiġdid minflok il-kuntratt jiġi tterminat irid jsegwu din il-proċedura:
Terminazzjoni ta’ Kuntratt Reġistrat
F’każ li s-sid ma jkunx se jġedded il-kirja u jittermina r-reġistrazzjoni fit-terminu tal-kuntratt, huwa għandu javża lill-inkwilin mill-inqas tliet (3) xhur qabel jintemm il-kuntratt permezz ta’ ittra rreġistrata;
Jekk is-sid ma javżax lill-inkwilin fil-perjodu stabbilit, il-kirja tiġġeded b’mod awtomatiku għal sena.
Sabiex tiġi tterminata r-reġistrazzjoni onlajn trid tiġi segwita din il-proċedura:
Terminazzjoni ta’ Reġistrazzjoni ta’ Ftehim ta’ Kiri rreġistrat
Nota: Sid il-kerajista’ jittermina r-reġistrazzjoni tiegħu li hija Attiva billi jidħol onlajn. Jekk il-partijiet jaqblu li jitterminaw ir-reġistrazzjoni tal-ftehim tal-kera tagħhom qabel id-data oriġinali, jew meta l-kerrej/a jitlaq/jitilqu mill-propjeta’ mingħajr avviż, il-proċeduri ta’ hawn taħt għandhom jiġu segwiti sabiex ir-reġistrazzjoni tiġi terminata b’ effett immedjat jew qabel id-data oriġinali tat-terminazzjoni tal-kuntratt.
Idħol fil-Portal billi tuża l-kont irreġistrat jew il-kont E-id tiegħek.
Ikklikkja fuq “Reġistrazzjonijiet tal-kuntratt” mill-‘Menu’.
Ikklikkja fuq “Reġistrazzjonijiet tiegħi.”
Sib ir-reġistrazzjoni Attiva li trid tittermina u kklikkja fuq “Ara.”
Ikklikkja l-buttuna ‘Ittermina Reġistrazzjoni’ li tinsab in-naħa ta’ fuq.
Ikklikkja d-data ta’ terminazzjoni u agħżel id-data mixtieqa mill-kalendarju. Id-data magħżula trid tkun qabel id-data oriġinali tat-terminazzjoni tal-kuntratt.
Każijiet speċjali:
Jekk it-terminazzjoni mixtieqa tkun fid-data tat-terminazzjoni tal-kuntratt, ikkuntattjana bill tibgħata emejl fuq [email protected].
Meta l-Partijiet jaqblu li jitterminaw r-reġistrazzjoni qabel id-data tat-terminazzjoni tal-kuntratt.
Jekk il-partijiet jaqblu li jitterminaw ir-reġistrazzjoni qabel id-data tat-terminazzjoni, tella’ ittra ffirmata mill-partijiet kollha. L-ittra trid tinkludi dan li ġej –
Alternattiva għall-ittra peress li l-Kerrej ħareġ mingħajr Avviz:
Jekk l-ittra ma tkunx possibbli imla, iffirma, u tella’ l-formola tat-terminazzjoni. Sabiex tottjeni il-formola ta’ terminazzjoni ikklikkja din il-link.
Wara li taqra u taqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet, immarka l-kaxxa tad-dikjarazzjoni ta’ ċaħda.
Ikklikkja l-buttuna ‘Ittermina Reġistrazzjoni ‘wara li taqbel mad-dikjarazzjoni ta’ ċaħda.
Jekk qbilt mad-data tad-dereġistrazzjoni, ikklikkja “Iva.” Inkella, ikklikkja “Ikkanċella” biex tmur lura għall-iskrin preċedenti.
Notifika bil-Posta Elettronika
Notifika bl-emejl li tikkonferma t-talba għat-terminazzjoni tintbagħat lill-partijiet kollha li għandhom emejl irreġistrata mall-Awrorita’ tad-Djar.
F ’każ li tiġi skedata Terminazzjoni u tkun trid tirranġa jew tbiddel id-dati, jekk jogħġbok segwi din il-proċedura: –
L-irranġar/tibdil ta’data tat-terminazzjoni:
Jekk għandek bżonn temenda d-data tat-terminazzjoni, irrepeti l-passi 1-10 biex taġġorna d-dati skont dak li huwa mitlub. Huwa meħtieġ li jiġi mtella’ fajl li jikkonferma d-dati l-ġodda.
Notifika:
Ladarba r-reġistrazzjoni tiġi tterminata fid-data magħżula, tintbagħat notifika oħra bl-emejl lill-partijiet kollha b’ emejls irreġistrati.
Limitazzjoni:
L-irranġar/tibdil tad-dati mhux possibbli jekk reġistrazzjoni tkun ġiet mitmuma.
Terminazzjoni Żbaljata:
Jekk reġistrazzjoni tiġi tterminata bi żball, jeħtieġ li terġa’ tiġi rreġistrata sakemm il-kuntratt ikun għadu validu. It-Tariffi ta’ Reġistrazzjoni jerġgħu japplikaw mill-ġdid.
Talba lil-Awtorita’ tad-Djar sabiex l-Awtorita’ tagħmel Terminazzjoni ta’ Kuntratt irreġistrat għan-nom ta’ sid/sidt/sidien il-Kera.
Nota: Din il-proċedura hija applikabbli għas-sid/sidt/sidien fejn ir-reġistrazzjoni tal-kuntratt ġiet sottomessa minn terzi f’ isem is-sid u s-sid/sidt/sidieb m ’għandhomx aċċess dirett għar-reġistrazzjoni.
Dikjarazzjoni ta’Caħda:
Dokumentazzjoni meħtieġa:
Sottomissjoni:
Validazzjoni:
L-Awtorita’tad-djar m’ għandha l-ebda responsabbilta’ għat-terminazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-kirja.
Ir-reġistrazzjoni mill-ġdid hija possibbli jekk il-perjodu miftiehem tal-kirja ma jkunx għadda. It-Tariffi ta’ Reġistrazzjoni jerġgħu japplikaw mill-ġdid.
Nota importanti:
L-Awtorita’tad-djar ma tieħux ir-responsabbilta’ tat-terminazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-kirja. Ir-reġistrazzjoni mill-ġdid hija possibbli jekk il-perjodu miftiehem tal-kirja ma jkunx għadda.
It-Tariffi ta’ Reġistrazzjoni jerġgħu japplikaw mill-ġdid.
Kuntatt:
Għal kull mistoqsija jew kjarifika, ikkuntattja lill-Awtorita’ tad-Djar fuq [email protected] jew ċempel fuq 22991010 fil-ħinijiet tal-Uffiċċju.
Miżata ta’ Reġistrazzjoni : €10
Matul is-sena 2020, ir-reġistrazzjoni tal-kuntratti tal-kirjiet residenzjali privati se tkun mingħajr ħlas.
Miżata ta’ Reġistrazzjoni Tard: €120
Il-miżata ta’ reġistrazzjoni tard tapplika f’każijiet li kuntratti ta’ kirjiet residenzjali privati ma jkunux ġew irreġistrati mal-Awtorità tad-Djar fi żmien għaxart ijiem minn meta tibda il-kirja.
Miżata għat-Tiġdid ta’ Kuntratt: €5
Kuntratti ta’ kirjiet li fi tmiem tagħhom jiġu mġedda, iridu jerġgħu jiġu rreġistrati u l-miżata ta’ tiġdid tapplika.
F’każ li kuntratt ta’ kirja jispeċifika li se jiġi mġedded kull sena, il-miżata ta’ tiġdid ma tapplikax.
Regolamenti tal-2020 dwar id-Drittijiet tal-Kirjiet Residenzjali Privati