Bħala utent reġistrat għandek bżonn tidħol fil-kont tiegħek, f’kaz li ma għandekx utenti rreġistrat segwi l-istruzzjonijiet kif toħloq kont Kif tirreġistra Kuntratt
Permezz ta’ Tfittxija skont id-Data
Permezz ta’ Tfittxija skont ir-Referenza
Permezz ta’ Tfittxija skont il-Partijiet
Deskrizzjoni:
Il-liġi permezz tal-Artiklu 31 (2) tagħti dritt lis-sidien u kerrejja prospettivi sabiex jagħmlu talba u jiċċekjaw jekk il-parti/jiet l-oħra imsemmija fil-kirja prospettiva humiex mdaħlin jew le fir-Reġistru tan-Nuqqasijiet.
Ma’ din it-talba jridu jissottomettu kopja tal-ftehim prospettiv bħala prova.
It-talbiet jridu jiġu sottomessi mill-kont maħluq mill-paġna tal-web Rent Registration | Rent Registration.
Kif toħloq kont:
Kif iddaħħal talba għall-informazzjoni fuq ir-Reġistru tan-Nuqqasijiet:
Idħol fil-kont tiegħek
Deskrizzjoni:
Il-liġi permezz tal-Artiklu 31 tagħti dritt lis-sidien jew kerrejja sabiex jagħmlu talba li jżidu lill-persuna li ma onoratx id-deċiżjoni fir-Reġistru tan-Nuqqasijiet.
Il-Panel ta’ Arbitraġġ ser jiddetermina jekk għandux jilqa’ t-talba li jiżdied persuna/i fir Reġistru tan-Nuqqasijiet.
It-talbiet jridu jiġu sottomessi mit-tilwima li kienet infetħet mal-Panel ta’ Arbbitraġġ.
Idħol fil-kont tiegħek.
Deskrizzjoni:
Il-liġi permezz tal-Artiklu 31 tagħti dritt lis-sidien jew kerrejja sabiex jagħmlu talba li jneħħu persuna li ma onoratx id-deċiżjoni fir-Reġistru tan-Nuqqasijiet.
Il-Panel ta’ Arbitraġġ ser jiddetermina jekk għandux jilqa’ t-talba li jitneħħa persuna/i fir Reġistru tan-Nuqqasijiet.
It-talbiet jridu jiġu sottomessi mit-tilwima li kienet infetħet mal-Panel ta’ Arbbitraġġ.
Idħol fil-kont tiegħek
Persuni li ngħataw deċiżjoni favorevoli jistgħu jagħmlu talba għall-data personali sabiex jissalvagwardjaw l-interessi tagħom ladarba ħarġet deċiżjoni a favur tagħom. Il-liġi qegħda tagħti opportunita’ lil dawk l-individwi li ingħatatilom deċiżjoni favorevoli mill-Qrati jew mill-Panel ta’ Arbitraġġ (Panel ta’ Arbitraġġ, mill-Bord li Jirregola l-Kera jew mill-Qorti tal-Appell-Ġurisdizzjoni Inferjuri) sabiex jitolbu data personali fuq min kien fin-nuqqas. Suġġett li l-kirja privata residenzjali ġiet reġistrata skont id-disposizzjonijiet tal-liġi.
L-Awtorita tad-Djar ser tiddeċiedi jekk hux ser tilqa t-talba għall-data personali. L-informazzjoni li ser tiġi komunikata ser tkun limitata għall-indirizz kurrenti ta’ reġistrazzjonijiet attivi ta’ dik il-persuna kontra min tali deċiżjoni tkun ittieħdet.
Min jixtieq jagħmel talba għall-informazzjoni jista’ jagħmilha permezz ta’ emajl fuq dan l-indirizz: [email protected]. Fl-istess emajl inkludi id-dettalji ta’ min hu fin-nuqqas (isem, kunjom u numru ta’ identifikazzjoni jew passaport). Mall-emajl ehmeż is-segwenti dokumenti: